Rużarju on line

il-Ġimgħa, 3 Mejju 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santi Filippo e Giacomo ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

ID-DISA’ JUM

“Illum gibli L-ERWIEĦ LI WAQGĦU FIL-BRUDA u itfagħhom ‘l isfel fil-fond tal-Ħniena Tiegħi. Dawn l-erwieħ weġġgħuli qalbi b’mod kiefer. Fil Ġnien taż-Żebbuġ ruħi ġarrbet stmerrija tal-biża’ minħabba l-erwieħ bierda. Kienu dawn l-erwieħ li ġegħluni ngħid: “Missier, warrab dan il-kalċi minn quddiemi, jekk din hi r-Rieda Tiegħek.” L-aħħar tama ta’ salvazzjoni għalihom hija li jiġu jfittxu l-Ħniena Tiegħi.”

O Ġesu` Ħanin li tant tagħder, Inti l-istess mogħdrija. Qed inġiblek l-erwieħ bierda biex iddaħħalhom fil-Qalb Ħanina Tiegħek. Kebbes mill-ġdid, f’dan in-nar ta’ mħabbtek safja, lil dawn l-erwieħ li l-bruda għamlithom qishom iġsma mejta li ġegħluk tistmellhom. O Ġesu` l-aktar ħanin, ħaddem il-qawwa tal-Ħniena Tiegħek u ħeġġiġhom bi mħabbtek, u sawwab fuqhom id-don ta’ l-imħabba qaddisa, għax kollox hu fis-setgha Tiegħek.

Missier Etern, dawwar il-ħarsa Ħanina Tiegħek fuq l-erwieħ bierda, li jinsabu huma wkoll fil-Qalb l-iżjed ħanina ta’ Ġesu`. Missier tal-ħniena nitolbok f’ġieħ il-Passjoni ħarxa ta’ Ibnek l-għażiż u l-agunija li bata fuq is-Salib tul tliet sigħat; Agħti lilhom ukoll li jfaħħru l-kobor tal-Ħniena Tiegħek. Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina