Rużarju on line

il-Ġimgħa, 3 Mejju 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santi Filippo e Giacomo ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

IR-RABA’ JUM

“Illum ġibli LIL DAWK LI MA JEMMNUX FIJA U LIL DAWK LI GĦADHOM MA JAFUNIX. Kont qed naħseb fihom ukoll matul il-Passjoni Tiegħi, u l-ħeġġa li biha għad jitkebbsu kienet ta’ faraġ għal Qalbi. Għaddashom fil-baħar tal-ħniena Tiegħi.”

O Ġesu` l-aktar ħanin, Inti d-Dawl tad-dinja kollha. Ilqa’ fil-kenn tal-Qalb Tiegħi kollha Ħniena l-erwieħ ta’ dawk li s’issa għadhom ma jemmnux Fik jew ma jafukx. Agħmel li r-raġġi tal-grazzja Tiegħek idawluhom, sabiex huma wkoll, flimkien magħna, ifaħħru l-għeġubijiet tal-Ħniena Tiegħek; u la tħallihomx jitbiegħdu mill-Qalb Ħanina Tiegħek.

Missier Etern, fil-Ħniena Tiegħek ħares lejn l-erwieħ ta’ dawk li ma jemmnux f’Ibnek, u ta’ dawk li għadhom ma jafukx, imma li jinsabu magħluqin fil-Qalb Ħanina ta’ Ġesu`. Wasslilhom id-dawl ta’ l-Evanġelju. Dawn l-erwieħ ma jafux xi jfisser il-ferħ li wieħed iħoss meta jħobbok. Agħtihom li huma wkoll ifaħħru l-kobor tal-ħniena Tiegħek għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina