Rużarju on line

il-Ġimgħa, 3 Mejju 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santi Filippo e Giacomo ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

IL-ĦAMES JUM

“Illum ġibli L-ERWIEĦ TA’ L-INSARA LI HUMA MIFRUDIN MINN XULXUN u itfagħhom fil-baħar tal-Ħniena Tiegħi. Matul il-Passjoni huma ċarrtuli Ġismi u Qalbi, jiġifieri l-Knisja Tiegħi. Meta jerġgħu jidħlu fil-għaqda mal-Knisja, il-ġrieħi Tiegħi jfiequ, u b’hekk huma jtaffuli t-tbatija.”

O Ġesu` l-aktar ħanin, Inti li int l-istess Tjieba, ma tiċħadx id-dawl lil min jitolbok. Ilqa’ fil-Qalb Ħanina Tiegħek l-erwieħ ta’ ħutna mifrudin minna. Agħtihom id-Dawl sabiex jerġgħu lura għall-għaqda sħiħa mal-Knisja, u tħallihomx jitbiegħdu iżjed mill-kenn ta’ Qalbek mimlija mogħdrija, imma agħmel mod li huma wkoll jibdew ifaħħru l-kobor tal-Ħniena Tiegħek.

Missier Etern, itfa’ ħarsa ħanina fuq l-erwieħ ta’ ħutna mifrudin, l-iktar dawk li ħlew il-ġid u l-grazzji li sawwabt fuqhom, billi webbsu rashom fl-iżbalji tagħhom. Tarax l-iżbalji tagħhom, imma ilqa’ l-Imħabba ta’ Ibnek stess u l-Passjoni kiefra li ġarrab minħabba fihom, ladarba huma wkoll qegħdin fil-Qalb Ħanina ta’ Ġesu. Agħmel li huma wkoll ifaħħru l-ħniena kbira tiegħek għal dejjem ta’ dejjem.” Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina