Rużarju on line

il-Ġimgħa, 3 Mejju 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santi Filippo e Giacomo ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

IT-TIELET JUM

“Illum ġibli L-ERWIEĦ QADDISA U FIDILI u itfagħhom fil-baħar tal-Ħniena Tiegħi. Dawn l-erwieħ farrġuni fi triqti lejn il-Kalvarju. Kienu għalija bħal qatra ta’ faraġ f’nofs baħar ta’ niket”.

O Ġesu` l-aktar ħanin, mit-teżor tal-Ħniena Tiegħek inti tixħet fuq kulħadd grazzji bil-kotra. Daħħalna fil-Qalb Tiegħek kollha mogħdrija, u tħallina qatt noħorġu minnha. Din il-grazzja nitolbuhielek f’ġieh dik l-imħabba ta’ l-għaġeb li għandek tkebbes f’Qalbek għall-Missier tas-sema.

Missier Etern, dawwar il-ħarsa ħanina Tiegħek lejn l-erwieħ fidili, li huma l-wirt ta’ Ibnek. F’ġieħ il-Passjoni qalila Tiegħu, berikhom u ħarishom dejjem; sabiex qatt ma jonqsu mill-imħabba jew jitilfu t-teżor tal-fidi mqaddsa, imma flimkien mal-ġemgħa ta’ l-Anġli u l-Qaddisin, ifaħħru għal dejjem il-ħniena Tiegħek bla tmiem. Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina