Rużarju on line

il-Ġimgħa, 3 Mejju 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santi Filippo e Giacomo ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

IT-TIENI JUM

“Illum ġibli L-ERWIEĦ TAS-SAĊERDOTI U R-RELIĠJUŻI u daħħalhom fil-ħniena Tiegħi bla qies. Kienu huma li tawni l-qawwa biex nissaporti l-Passjoni kiefra li minnha għaddejt. Permezz tagħhom tinżel il-Ħniena Tiegħi fuq l-umanita` kollha”.

O Ġesu` l-aktar ħanin, li minnek jiġi kull ma hu tajjeb, kattar il-grazzja Tiegħek fin-nisa ikkonsagrati għall-qadi Tiegħek, sabiex ikunu jistgħu jwettqu għemejjel xierqa ta’ ħniena; u sabiex kull min jarahom, jagħti glorja lill-Missier tal-ħniena li hu fis-smewwiet.

Missier Etern, dawwar il-ħarsa Ħanina Tiegħek lejn dawk li għażilt biex jaħdmu fil-għalqa Tiegħek; lejn l-erwieħ tas-saċerdoti u r-reliġjużi u agħtihom is-setgħa tal-Barka Tiegħek.

F’ġieħ l-imħabba tal-Qalb ta’ Ibnek li fiha jinsabu miġburin, agħtihom il-qawwa u d-dawl Tiegħek, ħalli jkunu jistgħu jmexxu ‘l-oħrajn fit-triq tas-Salvazzjoni, u b’leħen wieħed ilkoll ifaħħru għal dejjem il-Ħniena Tiegħek bla tarf. Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina