Rużarju on line

il-Ġimgħa, 3 Mejju 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santi Filippo e Giacomo ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

IS-SEBA’ JUM

“Illum ġibli L-ERWIEĦ LI JQIMU U JSEBBĦU L-ĦNIENA TIEGĦI B’MOD SPEĊJALI u afdahom f’din l-istess ħniena. Dawn l-erwieħ tnikktu ħafna minħabba l-Passjoni li ġarrabt, u daħlu ħafna ‘l ġewwa fl-ispirtu tiegħi. Huma xbihat ħajja tal-Qalb Ħanina Tiegħi. Dawn l-erwieħ għad jiddu b’dija speċjali fil-ħajja li ġejja. Fis-siegħa ta’ mewthom, jiena nħares b’mod partikolari lil kull wieħed u waħda minnhom.”

O Ġesu` l-aktar Ħanin, li Qalbek hija l-istess Imħabba, daħħal ġol-Qalb Ħanina Tiegħek l-erwieħ ta’ dawk li jxandru u jqimu b’mod partikolari l-kobor tal-Ħniena Tiegħek. Dawn l-erwieħ huma setgħana bl-istess setgħa ta’ Alla nnifsu. Huma jibqgħu miexja ‘l quddiem, minkejja ‘l hemm u t-tbatija li jkollhom iġarrbu, għax jafdaw fil-ħniena Tiegħek. Dawn l-erwieħ huma magħqudin Miegħek, O Ġesu`, u jġorru l-umanita` kollha fuq spallejhom. Dawn l-erwieħ qatt ma jiġu ġġudikati severament, imma l-Ħniena Tiegħek tħaddanhom hekk kif joħorġu minn dil-ħajja.

Missier Etern, dawwar ħarstek ħanina fuq l-erwieħ li jsebbħu u jqimu l-akbar attribut Tiegħek, dak tal-Ħniena Tiegħek bla tarf, u li jinsabu magħluqin fil-Qalb l-iżjed Ħanina ta’ Ġesu`. Dawn l-erwieħ huma Evanġelju ħaj: idejhom huma mimlijin b’għemejjel ta’ ħniena; u qalbhom imfawra fil-ferħ, qed ikantaw innu ta’ ħniena Lilek, l-aktar Għoli! Nitolbok, O Alla, li turihom il-Ħniena Tiegħek skond it-tama u l-fiduċja li għandhom Fik. Ħalli sseħħ fihom il-wegħda ta’ Ġesu`, li qalilhom li matul ħajjithom u l-iktar fil-ħin ta’ mewthom, l-erwieħ li jqimu ‘l din il-Ħniena bla qies Tiegħu, Huwa nnifsu jħarishom għall-glorja Tiegħu. Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina