Rużarju on line

il-Ġimgħa, 3 Mejju 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santi Filippo e Giacomo ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

IT-TMIEN JUM

“Illum Ġibli L-ERWIEĦ TAL-PURGATORJU u itfagħhom fil-fond tal-Ħniena Tiegħi. Ħalli Demmi li xerridt bil-kotra, itaffi l-ħruq tan-nirien li qed isofru. Dawn l-erwieħ kollha huma maħbubin ħafna minni. Huma qed iħallsu d-dejn li għandhom mal-Ġustizzja Tiegħi. Inti tista’ sserraħhom. Agħmel ħiltek biex tirbaħ l-indulġenzi kollha miġburin fit-teżor tal-Knisja Tiegħi, u offrihom għal dawn l-erwieħ. O li kieku kellek tifhem biżżejjed x’qed ibatu, kont toffri l-ħin kollu għalihom il-karita` spiritwali, u tħallas id-dejn li huma għandhom mal-ġustizzja Tiegħi.”

O Ġesu` l-aktar ħanin, Int innifsek għedt li tixtieq issawwab il-ħniena; għalhekk qed indaħħal fil-Qalb Ħanina Tiegħek l-erwieħ tal-Purgatorju, li huma tant maħbubin minnek, iżda fl-istess ħin ikollhom iħallsu d-dejn li baqgħalhom mal-Ġustizzja Tiegħek. Agħmel li d-Demm u l-Ilma li ħarġu minn qalbek jitfu l-fjammi tal-Purgatorju, sabiex hemmhekk ukoll tiġi meqjuma l-qawwa tal-ħniena Tiegħek.

Missier Etern, ħares bil-ħniena lejn l-erwieħ li qed ibatu fil-Purgatorju, u li jinsabu miġburin fil-Qalb tant ħanina ta’ Ġesu. Nitolbok, f’ġieħ il-Passjoni ħarxa ta’ Ġesu, Ibnek l-għażiż, f’ġieħ l-imrar li fawwarlu r-ruħ l-iżjed qaddisa Tiegħu, uri l-ħniena Tiegħek ma’ dawn l-erwieħ li qegħdin taħt il-ħaqq ġust Tiegħek. Tħarisx lejhom ħlief permezz tal-Pjagi ta’ Ġesu`, Ibnek l-għażiż għax aħna nemmnu li m’hemm l-ebda tarf għat-tjieba u l-Ħniena Tiegħek. Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina