Rużarju on line

il-Ġimgħa, 3 Mejju 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santi Filippo e Giacomo ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

IS-SITT JUM

“Illum ġibli L-BNEDMIN TA’ QALB ĦELWA U UMLI U T-TFAL IĊ-ĊKEJKNIN u għaddashom fil-baħar ta-ħniena Tiegħi. Dawn l-erwieħ jixbħu ħafna lil Qalbi. Huma tawni s-saħħa fil-ħin ta’ l-agunija ħarxa Tiegħi. Jien rajt fihom Anġli ta’ l-art, li kellhom jishru miegħi f’riġlejn l-altari. Insawwab fuqhom xmajjar sħaħ ta’ grazzji. Ir-ruħ umli biss tista’ tilqa’ l-grazzja Tiegħi. Għandi fiduċja kbira f’dawn l-erwieħ umli.”

O Ġesu` l-aktar ħanin, Inti nnifsek għedt, “Tgħallmu minni għax Jien ta’ Qalb ħelwa u umli.” Ilqa’ Ġewwa fil-Qalb Tiegħek, li tant tagħder, il-bnedmin kollha ta’ qalb ħelwa u umli, u t-tfal iċ-ċkejknin. Dawn l-erwieħ isaħħru s-smewwiet u huma l-maħbubin tal-Missier Etern. Qishom bukkett fjuri ta’ riħa ħelwa, quddiem it-Tron ta’ Alla; Huwa jitgħaxxaq bil-fwieħa tagħhom. Dawn l-erwieħ jgħammru għal dejjem fil-Qalb l-iżjed Ħanina Tiegħek, u jtennu bla waqfien għanja ta’ mħabba u ta’ ħniena.

Missier Etern, dawwar il-ħarsa Tiegħek ħanina fuq il-bnedmin ta’ qalb ħelwa u umli, u fuq it-tfal iċ-ċkejknin li jinsabu miġburin fil-kenn tal-Qalb l-iżjed Ħanina ta’ Ġesu`. Dawn l-erwieħ jixbħu ħafna lil Ibnek. Il-fwieħa tal-qdusija tagħhom togħla ‘l fuq mill-art sakemm tilħaq it-Tron Tiegħek fis-Sema. O Missier ta’ ħniena u ta’ tjieba, nitolbok f’ġieħ l-imħabba li għandek lejn dawn l-erwieħ u f’ġieħ il-għaxqa li Inti ssib fihom: Bierek id-dinja kollha, sabiex il-bnedmin ilkoll flimkien isebbħu l-kobor tal-Ħniena Tiegħek għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina