Rużarju on line

It-tlieta, 23 April 2024 - Misteri tat-Tbatija - San Giorgio ( Letture di oggi )

IS-SINJAL TAS-SALIB




Katolikus keresztény köszöntés
Fl-Isem tal-Missier,
u ta’ l-Iben,
u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Amen.


GLORJA
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.

IL-MISSIERNA
Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen.

IL-KREDU TA' l-APPOSTLI
Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art; u f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna; li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilat, sallbuh, miet u difnuh; niżel il-Limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier, li jista kollox; minn hemm għandu jiġi biex jaħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin; il-maħfra tad-dnubiet; il-qawma ta’ l-imwiet; il-ħajja ta’ dejjem. Amen

IKUN IMBIEREK ALLA
Ikun imbierek Alla.
Imbierek l-Isem Imqaddes tiegħu.
Imbierek Ġesú Kristu, veru Alla u veru bniedem.
Imbierek l-Isem ta’ Ġesú .
Imbierka l-Qalb Imqaddsa tiegħu.
Imbierek id-Demm għażiż tiegħu.
Imbierek Ġesú fis-Santissmu Sagrament ta’ l-artal.
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu.
Imbierka l-kbira Omma alla, Marija Santissma.
Imbierka l-Imqaddsa u Immakulta Kunċizzjoni tagħha.
Imbierek it-Tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.
Imbierek l-Isem ta’ Marija, Verġni u Omm.
Imbierek San Ġużepp, għarus kastissmu tagħha.
Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha tiegħu.


TALBA LIL ĠESÚ MSALLAB
Hawn jien, O Ġesú maħbub tiegħi, mixħut għarkubbtejja quddiemek. Nitolbok, bl-akbar ħrara li tnissel f’qalbi twemmin, tama u mħabba l-aktar qawwija kif ukoll indiema kbira ta’ dnubieti u fehma sħiħa li ma noffendik qatt iżjed.
Filwaqt li jiena, bl-imħabba u bil-ħnien kollha, sejjer naħseb fuq il-ħames pjagi tiegħek, b’dak il-kliem quddiem għajnejja li qal fuqek il-profeta David: “Nifduli idejja u riġlejja: għaddewli għadmi kollu.”

SLIEMA GĦALIK, MARIJA
Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen