Rużarju on line

It-tlieta, 16 April 2024 - Misteri tat-Tbatija - Santa Bernadette Soubirous ( Letture di oggi )


Novena lejn il-Ħniena Divina

L-Ewwel Jum

“Illum ġibli L-UMANITA` KOLLHA SPEĊJALMENT IL-MIDINBIN, u niżżilhom fil-baħar tal-Ħniena Tiegħi. B’dal-mod niġi mfarraġ mid-dwejjaq li jkolli minħabba t-telfien ta’ l-erwieħ”.

O Ġesu` l-aktar Ħanin, li n-natura Tiegħek stess iġġiegħlek tagħdirna u taħfrilna, la tħarisx lejn dnubietna, imma ara x’fiduċja għandna fit-tjieba Tiegħek bla tarf. Ilqagħna lkoll ġol-qalb Tiegħek l-iżjed ħanina, u tħallina qatt naħarbu minnha. Dan nitolbuhulek f’ġieħ l-Imħabba li tgħaqqdek mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu.

Missier Etern, dawwar il-ħarsa ħanina Tiegħek fuq il-bnedmin kollha u l-iktar fuq l-imsejkna midinbin, li huma miġburin ilkoll fil-Qalb l-iżjed ħanina ta’ Ġesu`. F’ġieħ il-Passjoni ħarxa Tiegħu, urina l-ħniena Tiegħek, sabiex inkunu nistgħu nfaħħru l-qawwa bla tarf tal-ħniena Tiegħek għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Jekk jogħġbok Kurunella tal-Ħniena Divina